11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/39
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – vs UASI (MARKETINGCLOUD)
(Kawża T-387/14)
2014/C 261/64
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: , Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1852/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MARKETINGCLOUD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 979 359
Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy