15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/64
Rikors ippreżentat fit-3 ta Ġunju 2014 – Établissement Amra vs UASI
(KJ KANGOO JUMPS XR)
(Kawża T-390/14)
2014/C 315/108
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Établissement Amra (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla kompletament id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1511/2013-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark ta’ pożizzjoni li tikkonsisti fil-parti inferjuri tal-molla f’tagħmir użat għall-isport u għall-eżerċizzju, li tinkludi l-element verbali “KJ KANGOO JUMPS XR” għall-prodotti fil-klassi 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 26 494
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy