28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/28
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2014 – Gutser vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-392/14)
2014/C 245/38
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Gutser, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. C. García Muñoz, J. I. Jiménez-Blanco Carrillo de Albornoz u J. Corral García, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ikkontestata.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-proċedura hija l-istess bħall-Kawża T-515/13, Il-Kummissjoni vs Spanja, dwar is-sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju, magħrufa wkoll bħala sistema Spanjola ta’ leasing fiskali.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata f’rekwiżiti proċedurali sostanzjali u bi ksur tal-Artikoli 20, 21 u 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba riżultat ta’ proċedura ta’ investigazzjoni fejn kien hemm irregolaritajiet sostanzjali.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, meta jitqies li l-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, peress li s-selettività ma ġietx ippruvata.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, meta jitqies li l-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, peress li l-impatt tagħhom fuq il-kummerċ intrakomunitarju ma ġiex ippruvat.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi bi ksur tal-Artikolu 107 tat-Trattat meta identifikat bħala benefiċjarju ta’ għajnuna eventwali l-investituri. Barra minn hekk, id-deċiżjoni hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq meta ġie ordnat l-irkupru tal-għajnuna bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.
Full & Egal Universal Law Academy