13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/11
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Best-Lock (Europe) vs UASI – Lego Juris (forma ta’ figurina tal-logħob)
(Kawża T-398/14)
2014/C 361/14
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Best-Lock (Europe) Ltd (Colne, ir-Renju Unit) (rappreżentant: W. Krahl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ April 2014 fil-Każ R 1896/2013-4 u tiddikjara r-revoka tat-trade mark Komunitarja Nru 50 518 fir-rigward tal-klassi 28;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ figurina tal-logħob għal prodotti fil-klassijiet 9, 25 u 28 – Trade mark Komunitarja Nru 50 518
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Lego Juris A/S
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u tal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy