11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/39
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2014 – Premo vs UASI – Prema Semiconductor (PREMO)
(Kawża T-400/14)
2014/C 261/65
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Premo, SL (Campanillas, Spanja) (rappreżentanti: E. Cornu, F. de Visscher u E. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Prema Semiconductor GmbH (Mainz, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ April 2014, fil-Każ R 1000/2013-5;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħat l-oppożizzjoni fir-rigward tal-“apparat ta’ induzzjoni”, “transformers” u “filtri tal-ħoss”;
—
tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “PREMO”, għal prodotti fil-klassi 9 – Reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Unjoni Ewropea Nru 9 73 341
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Prema Semiconductor GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “PREMA” għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment
Motivi invokati:
—
Ksur tar-Regola 22(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti;
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy