1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/46
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – United Vehicles (UNITED VEHICLEs)
(Kawża T-404/14)
2014/C 292/57
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: United Vehicles GmbH (München, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ April 2014, fil-Każ R 859/2013-4;
—
tilqa’ r-rikors;
—
tilqa’ l-oppożizzjoni, ibbażata fuq it-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 6 0 25 399;
—
tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “UNITED VEHICLEs”
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: United Vehicles GmH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “UNITED VEHICLEs” għal servizzi li jaqgħu taħt il-klassijiet 35, 36, 38 u 42 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 3 30 041
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Junited” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 7, 8, 9, 12, 14, 16, 17, 19, 21, 25, 26, 35, 36, 37 u 39 sa 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy