11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/41
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2014 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et
(Kawża T-405/14)
2014/C 261/67
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Elena Yavorskaya (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Grisay, C. Hartman u Y. G. Georgiades, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u Eurogroup, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara bħala ammissibbli ir-rikors odjern għal responsabbiltà mhux kuntrattwali bbażat fuq l-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
—
tiddikjara r-rikors fondat peress li l-miżuri imposti mid-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru fil-qasam tal-konfiska tal-assi bankarji jiksru b’mod suffiċjentement ikkaratterizzat prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, li jikkonferixxu drittijiet lil individwi, fatt li jikkostitwixxi nuqqas fid-dawl tal-Artikolu 340 TFUE;
—
tistabbilixxi li l-aġir tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi nuqqas serju u kkaratterizzat, li bħala konsegwenza jirriżulta f’dannu lir-rikorrenti stmat li jammonta, b’kull riserva, għal EUR 3 2 99 855,45, mingħajr preġudizzju għal tnaqqis jew żieda pendente lite, b’mod partikolari fil-dawl tal-interessi u l-ispejjeż li jkunu, fejn xieraq, dovuti;
—
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas tal-ammonti suesposti;
—
barra minn hekk, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq nuqqas mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea u b’mod iktar preċiż, fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
Fil-fatt, il-miżuri imposti mill-Unjoni Ewropea fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru wasslu għal iffriżar tal-assi tar-rikorrenti fi ħdan il-Laïki Bank, mingħajr ma ingħatat ebda kumpens ġust u minn qabel.
B’hekk, l-Unjoni Ewoprea kisret b’mod manifest u mhux raġjonevoli id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni safejn huma biss id-depożiti ta’ inqas minn EUR 1 00 000,00fi ħdan il-Laiki Bank li ġew iggarantiti skont miżuri Ewropej imposti fuq l-awtoritajiet Ċiprijotti.
Full & Egal Universal Law Academy