4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/53
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2014 – Venatto Design vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-408/14)
2014/C 253/70
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Venatto Design, SL (Toledo, Spanja) (rappreżentant: A. López Gómez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni li tikklassifika d-diversi miżuri fiskali miġbura taħt l-isem ta’ Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji uniċi ta’ din l-allegata għajnuna u, għalhekk, bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-401/14, Duro Felguera SA vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy