1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/47
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Larko vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-412/14)
2014/C 292/58
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Drullerakes, Ε. Τriandafyllou, G. Psaroudakis, Ε. Randos, Ν. Korogiannakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu;
—
tiddikjara nulla u bla effett id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27/03/2014 [SG-Greffe (2014) D/4628/28/03/2014] dwar il-bejgħ ta’ ċerti assi tar-rikorrenti (Nru SA.37954 (2013/N) u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi:
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rikorrenti ssostni li minħabba n-nuqqas li l-ewwel tinstema’ r-rikorrenti huwa evidenti li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata minn ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali għall-adozzjoni tagħha.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/99 (1). Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest tal-evalwazzjoni meta kkunsidrat li kien hemm kontinwità ekonomika bejn ir-rikorrenti u x-xerrej tal-assi tagħha fil-kuntest tal-“programm ta’ privatizzazzjoni”.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE. Ir-rikorrenti ssostni li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fid-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjenti fir-rigward tan-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika, u b’mod partikolari fir-rigward (a) tal-portata tal-assi li nbiegħu, (b) tan-nuqqas ta’ trasferiment tal-kuntratti tal-impjieg u (ċ) tal-loġika ekonomika tal-bejgħ.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
Full & Egal Universal Law Academy