8.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 439/29
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Grigoriadis et vs Il-Parlament
(Kawża T-413/14)
(2014/C 439/39)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Grigoris Grigoriadis (Ateni, il-Greċja), Faidra Grigoriadou (Ateni), Ioannis Tsolias (Thessaloniki, il-Greċja), Dimitrios Alexopoulos (Thessaloniki), Nikolaos Papageorgiou (Ateni) u Ioannis Marinopoulos (Ateni) (rappreżentant: Ch. Papadimitriou, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, L-Ewrogrupp
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata li l-konvenuti naqsu milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi neċessarji sabiex jeżentaw b’mod espliċitu mill-parteċipazzjoni obbligatorja (fid-dejn pubbliku) prevista bil-PSI għad-detenturi rregolati mid-dritt Grieg ta’ bonds Griegi l-bonds akkwistati mir-rikorrenti;
—
tagħti lir-rikorrenti, permezz ta’ miżura, direttiva, regolament jew kull att ieħor tad-dritt Komunitarju applikabbli direttament, l-abbiltà li jirkupraw il-valur sħiħ tal-bonds inklużi fil-programm PSI mingħajr ma jkunu talbuh u mingħajr ma jkunu taw il-kunsens għalih; u
—
tagħti, permezz ta’ miżura, direttiva, regolament jew kull att ieħor tad-dritt Komunitarju applikabbli direttament, kumpens ta’ EUR 5 00 000 lil kull waħda mir-rikorrenti għall-inkonvenjent, id-danni u l-ksur gravi tad-drittijiet fudnamentali sostnuti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-ħames motivi li ġejjin:
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-atti leġiżlattivi u dawk li ma humiex, li wasslu lill-Greċja għall-parteċipazzjoni obbligatorja fil-PSI tad-detenturi rregolati mid-dritt Grieg ta’ bonds Griegi huma atti purament tal-Unjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-miżuri adottati mill-Gvern Grieg sabiex jiffaċċja d-dejn Grieg huma sostanzjalment dawk imposti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-BĊE u mill-Kummissjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuti naqsu milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi neċessarji sabiex il-bonds Griegi tar-rikorrenti jiġu eżentati b’mod espliċitu permezz tal-atti tal-Kunsill tal-Ministri Grieg li fihom ġew iddefiniti t-termini ta’ applikazzjoni tal-PSI fil-Greċja.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li n-nuqqas ta’ eżenzjoni espliċita tal-parteċipazzjoni fil-PSI kkawża lir-rikorrenti dannu personali serju u dirett u ċaħħadhom milli jgawdu mid-drittijiet fundamentali tagħhom.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-miżuri leġiżlattivi kollha tal-Gvern Grieg ġew adottati fuq indikazzjoni jew, b’mod iktar korrett, fuq deċiżjoni tal-Ewrogrupp, tal-ECOFIN, tal-BĊE u tal-Kummissjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy