4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/55
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2014 – Grup Maritim TCB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-416/14)
2014/C 253/72
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grup Maritim TCB, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. López Gómez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri fiskali li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji uniċi ta’ din l-allegata għajnuna u, għalhekk, bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, kompletament jew b’mod li jillimita n-nuqqas ta’ konsegwenzi għall-profittabbiltà tat-tranżazzjonijiet, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-401/14, Duro Felguera SA vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy