25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/41
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2014 – The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-419/14)
2014/C 282/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Goldman Sachs Group, Inc (New York, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: W. Deselaers, J. Koponen u A. Mangiaracina, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla, b’mod sħiħ jew parzjalment, l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139, tat-2 ta’ April 2014, fil-Każ COMP/39.610 – Power Cables, sa fejn daw jikkonċernaw lir-rikorrenti; u/jew
—
tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-Artikolu 2 tad-deċiżjoni;
—
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1) billi żammet lil GS Group responsabbli in solidum għall-ksur allegatament imwettaq minn Prysmian.
2.
It-tieni motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 296 TFUE għaliex ma tipprovax b’mod sodisfaċjenti fil-liġi li GS Group effettivament eżerċitat influwenza deċiżiva fuq Prysmian matul il-perijodu rilevanti.
3.
It-tielet motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, peress li tikser il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali u l-preżunzjoni tal-innoċenza.
4.
Ir-raba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 peress li tikser il-prinċipji taċ-ċertezza legali u li l-penali għandha tkun speċifika għal min iwettaq l-offiża, għaliex il-Kummissjoni ma allokatx il-multa.
5.
Il-ħames motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti (ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali), għaliex il-Kummissjoni naqset milli tagħti aċċess għal dokumenti essenzjali fi żmien xieraq.
6.
Is-sitt motiv, li jallega li l-Qorti Ġenerali għandha tagħti lil GS Group il-benefiċċju ta’ kull tnaqqis fil-multa imposta bid-deċiżjoni kkontestata li jista’ jiġi konċess lil Prysmian.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205
Full & Egal Universal Law Academy