8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/33
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2014 – Wine in Black vs UASI – Quinta do Noval – Vinhos (Wine in Black)
(Kawża T-420/14)
2014/C 303/41
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wine in Black GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bauer u V. Ahmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Quinta do Noval – Vinhos, SA (Pinhão, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1601/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Wine in Black” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 42 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 9 49 071
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Quinta do Noval – Vinhos, SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “NOVAL BLACK” għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy