8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/35
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2014 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-425/14)
2014/C 303/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Brouwer, F. Heringa u J. Wolfhagen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hekk kif ikkomunikata lir-rikorrenti fl-1 ta’ April 2014 permezz ta’ ittra bir-referenza SG.B.4/LR/rc sg.dsg2.b.4(2014) 1029188;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ kull parti intervenjenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-aċċess għar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Valutazzjoni tal-Impatt fir-rigward tar-reviżjoni tal-qafas legali tal-UE dwar ispezzjonijiet ambjentali u sorveljanza fuq livell nazzjonali u tal-UE.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-424/14, ClientEarth vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy