15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/66
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2014 – Premo vs UASI – Prema Semiconductor (PREMO)
(Kawża T-440/14)
2014/C 315/111
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Premo, SL (Málaga, Spanja) (rappreżentanti: E. Cornu, F. de Visscher u E. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Prema Semiconductor GmbH (Mainz, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ April 2014 fil-Każ R 1719/2011-5;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni dwar “kojls ta’ induzzjoni”, “resisters induttivi”“tagħmir għall-bidla fl-elettriku” u “transformers u filtri antiparassitiċi”;
—
tikkundanna lill-UASI, u jekk xieraq lill-intervenjenti għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PREMO” għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 5 20 788
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Prema Semiconductor GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “PREMA” għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment
Motivi invokati:
—
ksur tar-Regola 22(6) tar-Regolament 2868/95 u tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti;
—
ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy