8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/42
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2014 – Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament
(Kawża T-453/14)
2014/C 303/50
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság (Pannonhalma, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Sobor, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni MS/sd[IPOL-COM-PETI D (2014) 14486] tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tas-16 ta’ April 2014, li tarkivja l-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrenti (petizzjoni Nruo1002/2013), fil-kawża château Lónyay f’Rusovce (Ir-Repubblika Slovakka);
—
tordna lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew jeżamina l-petizzjoni u jimplementa kull miżura imposta mil-liġi;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kiser id-dritt tal-proċedura sa fejn fid-deċiżjoni kkontestata jidher nuqqas ta’ motivazzjoni.
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinnota li b’mod konformi mal-Artikolu [215](8) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-petizzjonijiet iddikjarati inammissibbli mill-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet għandhom jiġu arkivjati u l-petizzjonant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li minkejja din id-dispożizzjoni, il-konvenuta ma indikatx ir-raġunijiet li għalihom hija tqis li l-petizzjoni ma taqax taħt l-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tinvoka f’dan ir-rigward is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011, Tegebauer vs Il-Parlament (T-308/07, Ġabra p. II-279).
Full & Egal Universal Law Academy