11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/44
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 minn Thierry Rouffaud mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ April 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/13, Rouffaud vs SEAE
(Kawża T-457/14 P)
2014/C 261/70
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Thierry Rouffaud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)
Appellat: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet tal-appellant
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla), tad-9 ta’ April 2014, fil-Kawża F-59/13 (Thierry Rouffaud vs Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna);
—
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) ġibed l-attenzjoni tal-partijiet fuq il-kwistjoni ta’ ammissibbiltà tar-rikors biss eżatt qabel l-aħħar att ta’ proċedura twila li ma tatx il-possibbiltà lir-rikorrent sabiex jipprepara argument adegwat.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq żball fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regola tal-konkordanza, sa fejn l-għan u l-kawża jkunu perfettament identiċi bejn l-ilment u r-rikors għall-annullament.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-provi u tal-fatti, it-TSP, fis-sentenza tiegħu, irriproduċa biss parti limitata tal-kontenut tad-dokumenti tar-rikorrent li ma tatx stampa li tirrifletti s-sitwazzjoni reali fi tmiem il-proċedura bil-miktub.
Full & Egal Universal Law Academy