22.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 329/18
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – Pires Freitas Campos (LEO)
(Kawża T-459/14)
2014/C 329/26
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Lionel Andrés Messi Cuccittini (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maria Leonor Pires Freitas Campos (Setúbal, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1554/2013-1, peress li meta ċaħdet l-appell tar-rikorrent, din id-deċiżjoni kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppozizzjoni, li tilqa’ l-oppożizzjoni B 2009291 u li tiċħad fl-intier tagħha l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 13 511“LEO”;
—
tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LEO” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 13 511
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Maria Leonor Pires Freitas Campos
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LEO D’HONOR” għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regoalment Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy