1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/50
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEPAD)
(Kawża T-470/14)
2014/C 292/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Houston, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ 2014, fil-Każ R 884/2013-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELITEPAD” għal prodotti fil-Klassi 9 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 3 18 284
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy