11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/52
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Banco de Albacete vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-483/14)
2014/C 261/81
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco de Albacete, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo u A. Biondi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-GIE bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;
—
sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;
—
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy