11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/53
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Bon Net vs UASI– Aldi (Bon Appétit!)
(Kawża T-485/14)
2014/C 261/83
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bon Net OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim/Ruhr, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2014 fil-Każ R 1199/2013-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur aħmar, abjad u blu li tinkludi l-elementi verbali “Bon Appétit!” għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 693 764
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet ta’ trade marks nazzjonali
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy