25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/51
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Espacio Activos Financieros vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-489/14)
2014/C 282/66
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Espacio Activos Financieros, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. De Zunzunegui Ruano, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika l-miżuri kollha li allegatament jikkostitwixxu is-STL bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata li jidentifikaw l-investituri ta’ GIE bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħalal-uniċi suġġetti tal-ordni ta’ rkupru;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur flagranti tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.
Tqajjem, b’mod partikolari, żball ta’ klassifikazzjoni tal-imsemmija Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (STL) fl-intier tagħha, kif ukoll miżuri individwali, bħala għajnuna mill-Istat, żball ta’ identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-miżuri u l-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
Full & Egal Universal Law Academy