25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/51
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Bodegas Muga vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-491/14)
2014/C 282/67
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bodegas Muga, SL (Haro, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;
—
fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità ta’ kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy