25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/52
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – La Perla vs UASI – Alva Management (LA PERLA)
(Kawża T-492/14)
2014/C 282/68
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: La Perla sp. z.o.o.(Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alva Management GmbH (Icking, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ April 2014 fil-Każ R 626/2013-4;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LA PERLA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 44 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 8 54 225
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “PERLAMAR” irreġistrata bħala trade mark Komunitarja u nazzjonali
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy