1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/51
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Klymenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-494/14)
2014/C 292/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Oleksandr Klymenko (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: M. Shaw, QC, u I. Quirk, Barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-Deċiżjoni 2014/216 u r-Regolament 381/2014 b’effett immedjat sa fejn dawn japplikaw għal O. Klymenko, u
—
tikkundanna lill-Kunsill iħallas lill-O. Klymenko l-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv jallega l-ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva peress li r-rikorrent ma kienx jaf dwar l-investigazzjoni dwaru, li abbażi tagħha huwa kien inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għall-miżuri restrittivi kkontestati, u ma ngħata ebda dettall tagħha la mill-Kunsill u lanqas mill-awtoritajiet Ukraini. Barra minn hekk, ir-rikorrent jallega li ma ngħatawlux ir-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista u għalhekk, lanqas, ma ngħata l-opportunità li jissottometti osservazzjonijiet.
2.
It-tieni motiv jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-provi, peress li l-fatti juri li r-rikorrent tqabad kontra l-korruzzjoni meta kien fil-poter fl-Ukraina u li ma kienx involut fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat Ukrain.
3.
It-tielet motiv jallega li n-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ raġunijiet, nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119 u użu ħażin tal-poteri bħala r-raġunijiet tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista huma vagi u mhux speċifiċi. Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma weriex li huwa jaqa’ taħt il-kriterji tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119, u b’hekk l-inklużjoni tiegħu fil-lista tirriżulta f’użu ħażin tal-poter.
4.
Ir-raba’ motiv jallega ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju tal-proporzjonalità, peress li l-iffriżar tal-fondi tar-rikorrent jikkostitwixxi interferenza mhux neċessarja u sproporzjonata mad-dritt tiegħu għall-proprjetà.
Full & Egal Universal Law Academy