25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/55
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 – Sertrans Catalunya vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-504/14)
2014/C 282/73
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sertrans Catalunya, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. De Juan Casadevall, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, u fil-każ li s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni titqies li hija għajnuna mill-Istat illegali, li l-irkupru jiġi llimitat sad-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, fil-21 ta’ Settembru 2011, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-500/14, Derivados del Flúor vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy