8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/47
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2014 – Staywell Hospitality Group vs UASI Sheraton International IP (PARK REGIS)
(Kawża T-510/14)
2014/C 303/55
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Staywell Hospitality Group Pty Ltd (Sydney, l-Awstralja) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sheraton International IP LLC (Stamford, l-Istati Uniti tal-Amerika)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tat-30 ta’ April 2014 fil- Każijiet R 240/2013-5 u R 303/2013-5 sa fejn din tikkonċerna l-Każ R 240/2013-5; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tagħha u tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PARK REGIS” għal servizzi fil-Klassijiet 35, 36 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 4 88 933
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sheraton International IP LLC
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi u verbali “ST. REGIS” għal servizzi fil-Klassijiet 36, 42 u 43, ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “ST. REGIS” għal servizzi fil-Klassi 36 kif ukoll it-trade marks figurattivi u verbali magħrufa “ST. REGIS” fl-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appelli miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy