3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/17
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-511/14)
2014/C 388/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Horsham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u
—
tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha u dawk ta’ Novartis.
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2155 finali, tas-27 ta’ Marzu 2014, li tawtorizza lil Teva Generics għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali għall-użu uman “Zoledronic acid Teva Generics – Zoledronic Acid”.
Insostenn tat-talba tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, essenzjalment identiku jew simili għall-motiv invokat fil-Kawżi T-472/12 Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni (1) u T-67/13 Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni (2).
(1) ĠU C 389, p. 8.
(2) ĠU C 101, p. 24.
Full & Egal Universal Law Academy