8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/48
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – GreenPack vs UASI (greenpack)
(Kawża T-513/14)
2014/C 303/56
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GreenPack GmbH (Hennigsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ruess u A. Doepner-Thiele, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ April 2014, fil-Każ R 2324/2013-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark verbali “greenpack” għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1 1 9 26 706
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy