1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/56
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2014 minn Christodoulos Alexandrou mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Mejju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/13, Alexandrou vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-515/14 P)
2014/C 292/69
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Christodoulos Alexandrou (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
taċċetta dan l-appell bħala ammissibbli proċeduralment u fil-mertu tiddikjara l-appell fondat u ġġustifikat;
—
għaldaqstant, tirriforma jew inkella tannulla, minħabba r-raġunijiet imsemmija, is-sentenza appellata;
—
sa fejn ikun meħtieġ, tirrinvija l-kawża sabiex titkompla quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant jinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata, minħabba, b’mod partikolari, ir-rifjut tal-Kummissjoni li tilqa’ t-talba tar-rikorrent għall-aċċess għas-seba’ domandi li huwa allegatament ma weġibx tajjeb għalihom.
2.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv, sa fejn, mingħajr ma jkollu d-domandi mitluba, ir-rikorrent jiċċaħħad minn rimedji effettivi kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tiegħu.
3.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq nuqqas, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li juża l-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Full & Egal Universal Law Academy