1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/57
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2014 minn Christodoulos Alexandrou mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Mejju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-140/12, Alexandrou vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-516/14 P)
2014/C 292/70
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Christodoulos Alexandrou (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
b’riżerva għall-aggravji kollha fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt u għall-provi kollha li jistgħu jiġu prodotti jew ipprovduti iktar ’il quddiem, taċċetta dan l-appell bħala ammissibbli proċeduralment u tiddikjarah iġġustifikat;
—
għaldaqstant, tirriforma jew inkella tannulla, minħabba r-raġunijiet imsemmija, is-sentenza appellata;
—
sa fejn ikun meħtieġ, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex titkompla u tiġi deċiża skont is-sentenza fuq dan l-appell;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku rrifjuta li jevalwa l-argumenti tal-appellant ibbażati fuq ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu.
2.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tas-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2011, Angioi vs Il-Kummissjoni, F-7/07, ĠabraSP, EU:F:2011:97, sa fejn din hija ġurisprudenza restrittiva, skaduta u mhux adatta għall-kompetizzjonijiet organizzati mingħajr format bil-miktub.
Sussidjarjament, sa fejn jiġi deċiż li s-sentenza ċċitata iktar ’il fuq hija applikabbli, l-appellant jidhirlu li huwa jissodisfa l-kriterji ddefiniti minn din il-ġurisprudenza.
3.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq nuqqas, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li juża l-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy