22.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 329/21
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2014 – Squeeze Life vs UASI – Evolution Fresh (SQUEEZE LIFE)
(Kawża T-523/14)
2014/C 329/29
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Squeeze Life, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Evolution Fresh, Inc. (San Bernardino, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla u tiddikjara mingħajr effett id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2014, u bħala konsegwenza tiddikjara li:
—
kienet Squeeze Life, S.L., u mhux l-applikanti Evolution Fresh, Inc., li ppreżentat appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2013, u
—
bħala konsegwenza ta’ dan, tikkonstata li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2013 hija definittiva, u li għaldaqstant hija definittiva wkoll iċ-ċaħda tal-prodotti fil-klassi 32 u ta’ parti mis-servizzi fil-klassi 35 f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 70 966“SQUEEZE LIFE”;
—
tordna s-sospensjoni tal-proċedura ta’ konverżjoni Nru 8311048 li hija pendenti quddiem id-dipartiment responsabbli għar-reġistru tal-UASI sakemm is-sentenza eventwalment mogħtija f’din il-kawża ssir res judicata, u tittrażmetti l-informazzjoni meħtieġa lill-imsemmi dipartiment sabiex jipproċedi għas-sospensjoni tal-proċedura ta’ konverzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Evolution Fresh, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SQUEEZE LIFE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 35 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 70 966
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja u t-trade mark verbali nazzjonali “ZUMIT SQUEEZE LIFE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 31, 32 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ħadet nota tal-irtirar tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni u għalqet il-proċeduri ta’ appell u ta’ oppożizzjoni
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikoli 108 et seq tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy