8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/51
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2014 – Compagnie générale des établissements Michelin vs UASI – Continental Reifen Deutschland (XKING)
(Kawża T-525/14)
2014/C 303/60
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie générale des établissements Michelin (Clermont-Ferrand, Franza) (rappreżentant: L. Carlini, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Continental Reifen Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1522/2013-4;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark li fiha l-elementi verbali “XKING” għal prodotti fil-klassi 12 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 44 821
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji Nru 5 2 93 782 u Nru 5 5 60 396, trade marks nazzjonali u reġistrazzjonijiet internazzjonali
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tat-trade marks
Full & Egal Universal Law Academy