8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/52
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2014 – Matratzen Concord vs UASI – Barranco Rodriguez (Matratzen Concord)
(Kawża T-526/14)
2014/C 303/61
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Selting, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mariano Barranco Rodriguez u Pablo Barranco Schnitzler (Sant Just Desvern, Spanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ April 2014 fil-Każ R 1523/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Matratzen Concord” għal prodotti fil-klassijiet 10, 20, 24 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 3 59 404
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mariano Barranco Rodriguez u Pablo Barranco Schnitzler
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “MATRATZEN” għal prodotti fil-klassijiet 20 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tal-Artikolu 41(1)(a) u tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy