22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/25
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 – Rosenich vs UASI
(Kawża T-527/14)
(2014/C 462/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Paul Rosenich (Triesenberg, il-Liechtenstein) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u C. Eckhartt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2014 fil-Każ R 2063/2012-4;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tad-Dipartiment “Appoġġ għall-operat” tal-UASI tas-7 ta’ Settembru 2012, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent intiża għall-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ rappreżentanti awtorizzati quddiem l-uffiċċju konvenut, li fir-rigward tagħha r-rikorrent ressaq appell fis-7 ta’ Novembru 2012;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 93 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qafas taż-Żona Ekonomika Ewropea, iggarantita bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, sa fejn tikkonferma ċ-ċaħda tal-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ rappreżentanti professjonali awtorizzati tal-UASI, minkejja li, filwaqt li huwa minnu li ma għandux id-domiċilju professjonali tiegħu fi Stat Membru tal-UE, id-domiċilju professjonali tiegħu jinsab fi Stat Membru taż-ŻEE.
Full & Egal Universal Law Academy