8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/54
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – Verein StHD vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ ċoff iswed)
(Kawża T-530/14)
2014/C 303/64
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verein Sterbehilfe Deutschland (Verein StHD) (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Brauns, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla ċ-ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1 1 6 24 483, tat-13 ta’ Awwissu 2013 u tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1940/2013-4;
—
tordna r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1 1 6 24 483 (ukoll) għas-servizzi li ġejjin:
—
35: Servizzi ta’ qtugħ ta’ siltiet ta’ aħbarijiet; Tqassim ta’ avviżi tar-reklamar; Reklamar dirett bil-posta;;
—
41: Pubblikazzjoni ta’ kotba; Xogħlijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi ġenerali dwar is-suġġett ta’ “mewt” permezz ta’ avvenimenti bħal seminarji, vjaġġi ta’ djalogu u korsijiet ta’ taħriġ avvanzati oħrajn; Pubblikazzjoni u editjar ta’ materjal stampat dwar is-suġġett ta’ “mewt”;
—
44: Konsulenza farmaċewtika; Assistenza medika; Konsulenza medika; Kura ta’ infermiera; Servizzi ta’ terapija; Servizzi ta’ psikoloġiku;
—
45: Servizzi personali u soċjali, ipprovduti minn terzi, li jirrigwardaw bżonnijiet individwali, jiġifieri, sostenn għal familja, sostenn fil-klinika, għajnuna għal persuni b’diżabbiltà, mewt assistita, kura fi tmiem il-ħajja, kura fi tmiem il-ħajja permezz ta’ konsulenza; faraġ u assistenza li dawk affettwati u lil dawk li jgħinuhom, konsulenza fuq il-ħajja ġenerali b’mod partikolari dwar is-suġġett ta’ “mewt”, servizzi matul il-ġurnata, għassa mal-lejl, servizzi ta’ għajnuna l-ġurnata kollha, servizzi l-Ħadd u l-festi pubbliċi, konsulenza mxerrda mal-pajjiż kollu, servizzi ta’ għajnuna ta’ infermiera mxerrda mal-pajjiż kollu;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell R 1940/2013-4 u ta’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta ċoff iswed għal servizzi fil-klassijiet 35, 41, 44 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 6 24 483
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy