8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/55
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2014 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
(Kawża T-532/14)
2014/C 303/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesbrug, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-Deċiżjoni 2011/137/PESK u d-Deċiżjoni 2011/178/PESK;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kunsill li jinkludi isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni suġġetti għal miżuri restrittivi, peress li ismu ma jissemmix fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) u 1973 (2011).
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kunsill illimita ruħu biex jibbaża ruħu fuq ir-riżoluzzjonijiet msemmija iktar ’il fuq, mingħajr ma kkunsidra s-sitwazzjoni personali tar-rikorrent.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza minħabba n-nuqqas ta’ proċedura kontradittorja.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali, sa fejn, meta impona l-miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent, il-Kunsill irrestrinġa illegalment il-libertà tiegħu li jitlaq u li jiġi lura u d-dritt tiegħu għall-proprjetà.
Full & Egal Universal Law Academy