6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/14
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – The Cookware Company vs UASI – Fissler (VITA+VERDE)
(Kawża T-535/14)
2014/C 351/16
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Cookware Company Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fissler GmbH (Idar-Oberstein, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ April 2014 mogħtija fil-Każ R 1082/2013-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur li fiha l-elementi verbali “VITA+VERDE” għal prodotti fil-klassi 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 73 054
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 1 0 13 787 għall-kelma “vitavit”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni milqugħa
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy