22.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 329/22
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Peri vs UASI (Multiprop)
(Kawża T-538/14)
2014/C 329/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fid-29 ta’ April 2014 fil-Każ R 1661/2013-1 u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Multiprop” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 19, u 37 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 1 1 5 87 219
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy