22.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 329/23
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Klass vs UASI – F. Smit (PLAYSEAT) (PLAYSEATS)
(Kawża T-540/14)
2014/C 329/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Oliver Klass (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Bender, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: F. Smit Holding BV (Doetinchem, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
—
tibdel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każijiet R 1616/2013-4 u R 1834/2013-4 billi tilqa’ t-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa fil-31 ta’ Lulju 2012;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade marks verbali “PLAYSEAT” u “PLAYSEATS”, għal prodotti fil-klassi 9 – Trade marks Komunitarji Nru 7 5 95 184 u Nru 8 8 42 254
Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: F. Smit Holding BV
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talbiet għal invalidità: raġuni assoluta ta’ invalidità fis-sens tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy