8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/56
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2014 – Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris vs UASI – Vicente Gandía Pla (ILLIRIA)
(Kawża T-541/14)
2014/C 303/67
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris Srl (Salice Salentino, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vicente Gandía Pla SA (Chiva, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tal-21 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 917/2013-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ILLIRIA” għal “inbejjed” fil-Klassi 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 5 99 033
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 2 99 653
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata miċħuda u oppożizzjoni milqugħa
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy