29.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 339/21
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – provima Warenhandels vs UASI – Renfro (HOT SOX)
(Kawża T-543/14)
2014/C 339/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: provima Warenhandels GmbH (Bielefeld, il-Ġermanija) (rappreżentanti: J. Croll u H. Prange, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Renfro Corp. (Mount Airy, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1859/2013-2 dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 9 62 191 li tindika lill-Unjoni Ewropea u timmodifikaha billi tiddikjara l-appell fondat u tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;
—
tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “HOT SOX” – Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 9 62 191
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Renfro Corp.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet assoluti għal rifjut skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 52(1) u tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 158, 52(1)(a) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
—
ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flmkien tal-Artikoli 158, 52(1)(a) u 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy