29.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 339/22
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – Société des Produits Nestlé vs UASI – Terapia (ALETE)
(Kawża T-544/14)
2014/C 339/27
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Terapia SA (Cluj Napoca, ir-Rumanija)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tad-19 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1128/2013-4, billi tiddikjara li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tad-19 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1128/2013-4;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALETE” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 3 88 379
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ALETA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikolu 63 moqri flimkien mar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament Nru 2868/95
—
ksur tal-Artikolu 63(2), tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy