6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/16
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – Wm. Wrigley Jr. Company vs UASI (Extra)
(Kawża T-553/14)
2014/C 351/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 218/2014-5.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “Extra” għal prodotti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37 657.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy