6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/17
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2014 – Research Engineering & Manufacturing vs UASI – Nedschroef Holding (TRILOBULAR)
(Kawża T-558/14)
2014/C 351/21
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Research Engineering & Manufacturing, Inc. (Middletown, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Gilbert, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nedschroef Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Mejju 2014, mogħtija fil-Każ R 442/2013-4;
—
tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 68 566
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u t-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy