6.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 351/18
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Yoo Holdings vs UASI – Eckes-Granini Group (YOO)
(Kawża T-562/14)
2014/C 351/22
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yoo Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tad-29 ta’ April 2014 fil-Każ R 762/2013-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “YOO” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 87 924
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-bord tal-appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni nazzjonali u internazzjonali għat-trade mark verbali “YO” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment u oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy