27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/15
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Ahmed Mohamed Saleh Baeshen vs UASI
(Kawża T-564/14)
2014/C 380/20
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ahmed Mohamed Saleh Baeshen & Co. (Jeddah, l-Arabja Sawdija) (rappreżentanti: M. Vanhegan, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 687/2014-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “TEAVANA” għal servizzi fil-klassi 35 – Trade mark Komunitarja Nru 4 0 98 588
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, Teavana Corporation
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dritt tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja fir-rigward tat-trade mark Komunitarja Nru 4 0 98 588 irrevokat fl-intier tiegħu
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 51(1)(a), 59 u 75 tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy