10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/51
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-565/14)
2014/C 395/64
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla id-Deċiżjoni kkontestata tat-12 ta’ Ġunju 2014 (Ares (2014)1915757);
—
tannulla t-tieni Deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni 2014/804/UE tas-17 ta’ Frar 2014;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2014 (Ares (2014)1915757) li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent għal reviżjoni interna li tirrigwarda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 804 finali, tas-17 ta’ Frar 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Polonja ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali. Ir-rikorrent jitlob ukoll l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 804 finali tas-17 ta’ Frar 2014.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv dwar id-Deċiżjoni Ares (2014) 1915757, li jallega l-ksur tar-Regolament Nru 1367/2006 (2) u tad-Direttiva Nru 2010/75:
—
peress li d-deċiżjoni fuq il-pjan nazzjonali transitorju huwa miżura bi skop individwali u għalhekk att amministrattiv skont ir-Regolament Nru 1367/2006. Skont ir-rikorrent, il-Kummissjoni b’hekk kellha tiddikjara t-talba għal reviżjoni interna ammissibbli;
—
peress li l-Kummissjoni kellha tinterpreta l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006 skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tiddikjara l-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Nru 1367/2006 illegali;
—
peress li l-argumenti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq interpretazzjoni skoretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2010/75/UE.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq id-Deċiżjoni C(2014) 804 finali, li tallega l-ksur tal-Artikolu 17 TUE, tad-Direttiva 2010/75/UE, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE (3), tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, tad-Direttiva 2001/42/KE (4) u tad-Direttiva 2008/50/KE (5).
(1) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU 2010 L 334, p. 17).
(2) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006 L 264, p. 13).
(3) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Frar 2012, li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 612) (ĠU 2012 L 52, p. 12).
(4) Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).
(5) Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008 L 152, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy