20.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/18
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 Group OOD vs UASI – Kosta Iliev (Group Company TOURISM & TRAVEL)
(Kawża T-567/14)
2014/C 372/23
Lingwa tar-rikors: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Group OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: Dragia Dragiev u Andrey Andreev, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kosta Iliev (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: l-uffiċċju dwar privattivi u trade marks “Zlatarevi”)
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni R 1587/2013-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Ġunju 2014, fuq il-bażi tal-Artikolu 65(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;
—
tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun il-każ, lil partijiet oħra li jintervjenu fil-kawża, għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kosta Iliev
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur Komunitarja li tinkludi l-elementi verbali “Group Company TOURISM & TRAVEL”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 43
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Group OOD
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark mhux irreġistrata li hija komposta minn drittijiet materjali fuq sinjal bl-elementi verbali “Group company”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala infondat
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-kontenut tad-dritt Bulgaru kien iddeterminat b’mod żbaljat mill-Uffiċċju;
—
ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn ma saritx evalwazzjoni komprensiva u korretta tal-provi prodotti;
—
ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-provi prodotti u l-argumenti legali mressqa ma ġewx diskussi fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy