17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/47
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – EAEPC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-574/14)
2014/C 409/67
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, L. Ortiz Blanco, Á. Givaja Sanz u M. Araujo Boyd, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ Nru COMP/AT.36957 – Glaxo Wellcome;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk li jistgħu jiġu sostnuti mill-EAEPC fir-rigward ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 3654 finali, tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ COMP/AT.36957 – Glaxo Wellcome, li fiha l-Kummissjoni tiċħad l-ilment tar-rikorrenti fejn għalhekk tirrifjuta investigazzjoni ulterjuri fl-allegat ksur min-naħa ta’ Glaxo Wellcome SA, illum GlaxoSmithKline SA, tal-Artikolu 101 TFUE fid-dawl tas-sentenzi tas-27 ta’ Settembru 2006, GlaxoSmithKline Services vs Il-Kummissjoni (T-168/01, EU:T:2006:265) u tas-6 ta’ Ottubru 2009, GlaxoSmithKline Services vs Il-Kummissjoni (C-501/06 P, C-513/06 P, C-515/06 P u C-519/06 P, EU:C:2009:610).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni bi ksur tal-Artikoli 101, 105 u 266 TFUE u tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) billi sostniet li l-effett tas-sentenza GlaxoSmithKline Services vs Il-Kummissjoni (EU:C:2009:610) huwa li d-deċiżjoni inizjali tal-2001 ġiet ikkunsidrata nulla u li s-sitwazzjoni kellha titqies bħallikieku l-Kummissjoni qatt ma kienet adottat id-Deċiżjoni tal-2001. Ir-rikorrenti ssostni ulterjorment li l-Kummissjoni kisret id-dmir tagħha li tagħti motivazzjoni suffiċjenti u l-obbligu tagħha li tisma’ lir-rikorrenti dwar din il-kwistjoni qabel ma tadotta deċiżjoni definittiva.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE jew li l-Kummissjoni naqset milli tikkonforma ruħha mad-dmir ta’ motivazzjoni tagħha taħt l-Artikolu 296 TFUE meta evalwat l-eżistenza ta’ interess tal-UE fil-każ. Ir-rikorrenti ssostni ulterjorment li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-materji kollha ta’ fatt u ta’ liġi ma humiex analizzati fid-deċiżjoni kkontestata.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)
Full & Egal Universal Law Academy